Raġel l-isptar wara ħabta bejn mutur u karozza f’Għajnsielem

Facebook - Maltese Roads Traffic Updates

Read in English.

Raġel ta’ 37 sena mir-Rabat Għawdex li kien qed isuq mutur ittieħed l-isptar wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Għajnsielem.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-4.45 pm fi Triq il-Qala. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 mir-Renju Unit li joqgħod in-Nadur.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.