Aġġornata (1): Raġel l-isptar wara diffikultà fil-għawm

Raġel ittieħed Mater Dei wara li sofra ġrieħi ħfief f’dahru meta qabeż ħażin fil-Prajjet, jew kif inhi magħrufa aħjar Anchor Bay f’Popeye’s Village.
Kelliema għall-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4pm, xħin membri tas-Salib l-Aħmar ħarġu għar-raġel fil-baħar xħin dan ma felaħx jgħum aktar.