Raġel l-isptar wara argument qabel funeral

Raġel kellu jittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza wara li nqala' argument qabel funeral f'Gwardamanġa.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15am fi Triq Santa Marija. Żied jgħid li l-argument kien bejn tliet persuni. Raġel minnhom, ta’ 54 sena residenti Ħ’Attard, ittieħed l-isptar. Hu qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Skont il-Pulizija, iż-żewġ persuni l-oħra ma ndarbux fl-inċident.