Bi ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fiż-Żejtun

Aġġornat 07:09 AM
CMRU

Read in English.

Raġel ittajjar minn karozza waqt li kien qed isuq ir-rota fiż-Żejtun, u qed isofri minn ġrieħi gravi.

Minn informazzjoni li kiseb Newsbook.com.mt minn fuq il-post jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30pm fi Triq Alfredo Cachia Zammit fiż-Żejtun.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn irriżulta li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Ir-raġel li kien qed isuq ir-rota għandu 36 sena minn Ħaż-Żabbar filwaqt li s-sewwieq tal-karozza huwa żagħżugħ ta’ 24 sena minn Birżebbuġa.

It-triq kienet magħluqa għat-traffiku għal xi ħin.