2 irġiel bi ġrieħi gravi f’Għawdex wara 2 inċidenti separati

Aġġornat 05:12 PM

Illum seħħew żewġ inċidenti separati f’Għawdex li wasslu lil żewġ irġiel l-isptar.

Raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali Għawdex wara li waqa’ ġo pixxina vojta fi Sqaq ix-Xagħri, ix-Xagħra fid-9.30am. Ir-raġel huwa mill-Ghana, iżda joqgħod Marsalforn. Huwa weġġa’ gravi meta waqa’ għoli ta’ żewġ sulari.

Fix-Xlendi, raġel Ingliż li joqgħod f’Kerċem ċeda bih it-taraġ. Huwa għandu 55 sena. Dan ġara fi Triq il-Kavallieri fil-11.30am. Huwa wkoll ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.