Aġġornata: Raġel l-isptar għall-kura wara li ntlaqat minn karozza f’San Ġiljan

Raġel ta’ 47 sena minn San Ġiljan ittieħed l-isptar wara li ntlaqat minn karozza fi Triq Ross f’San Ġiljan.
Il-karozza kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena miż-Żurrieq.
Intalbet l-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tat-tim mediku li b’ambulanza ħadu lir-raġel l-isptar għall-kura.
Ir-raġel qed iġarrab ġrieħi ħfief.