Raġel l-isptar bi ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-mutur

Raġel jinsab l-isptar Mater Dei wara li nqaleb bil-mutur f’Birkirkara. Huwa qed jingħata l-kura għall-ġrieħi gravi li sofra.

Il-Pulizija fi stqarrija kkonfermaw li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq F. Busuttil.

Mill-investigazzjonijiet li saru sa issa jidher li r-raġel ta’ 43 sena mill-Kroazja tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u nqaleb. Ir-raġel huwa residenti l-Mosta.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu wkoll li r-raġel ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei.