Raġel joqtol lil missieru waqt il-kaċċa

Fl-Italja, raġel ta’ 34 sena ġie arrestat u mressaq il-qorti bl-akkuza li qatel lil missieru waqt li kienu għall-kaċċa fil-bosk nazzjonali ta’ Postiglione fil-provinċja ta’ Salerno.

Ir-raġel qed jiġi akkużat b’omiċidju wara aċċidentalment spara fuq missieru, Martino Gaudioso ta’ 55 sena. It-tnejn kienu għall-kaċċa tal-ħanżir salvaġġ. Jidher li r-raġel innota xi weraq jiċċaqlaq u spara fuqu. Hekk kif induna b’dak li kien ġara, sejjaħ mill-ewwel għall-għajnuna iżda t-tobba ma setgħu jagħmlu xejn biex isalvaw il-ħajja tal-missier.

Il-kaċċa f’parks nazzjonali huma projbiti, bil-konsegwenza li r-raġel ra l-arma tiegħu kkonfiskata mill-pulizija.

F’Ottubru li għadda, il-Ministru għall-Ambjent Taljan Sergio Costa, sejjaħ għal projbizzjoni totali fuq il-kaċċa tal-Ħadd wara li żagħżugħ ta’ 18 il-sena safa maqtul qrib il-fruntiera Franċiża waqt li ż-żewġ irġiel oħra – wieħed ta’ 56 sena u l-ieħor ta’ 20 sena ukoll mietu f’ċirkustanzi simili.