Raġel joħroġ sikkina waqt argument f’Mater Dei

Raġel ħareġ sikkina waqt argument li nqala’ ma uliedu fil-Cardiac Ward fl-isptar Mater Dei.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu, bl-argument ta’ bejniethom tant saħan li r-raġel ħareġ sikkina.
Jirriżulta li ħadd ma’ weġġa' f’dan l-argument u ħadd ma ġie arrestat hekk kif is-sitwazzjoni kkalmat.