Raġel jittieħed l-isptar wara li ntlaqat b’sikkina fil-ħanut

Raġel ittieħed l-isptar wara li ndarab b’sikkina f’argument li kellu ma’ persuna oħra f’ħanut f’San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ dalgħodu fid-9.30 f’ħanut li jinsab fi Triq Isouard.

Dan huwa t-tieni argument li ġie rrappurtat f’San Pawl il-Baħar f’inqas minn 24 siegħa.

Eġizzjan ta’ 44 sena ġie arrestat fejn id-dar tiegħu mill-Pulizija wara li saret tfittxija għalih tul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu. Qed jiġi allegat li r-raġel uża arma li taqta’ u bil-ponta waqt arugment.

Il-vittma huwa Eġizzjan ta’ 50 sena li sofra ġrieħi ħfief. Huwa tħalla midrub fil-ħanut filwaqt li l-aggressur ħarab minn fuq il-post. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud li ħatar Inkjesta.