Raġel jittieħed l-isptar wara ġlieda fin-Naxxar

Raġel ta’ 35 sena ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika wara li kien involut fi ġlieda li seħħet ilbieraħ filgħaxija fil-pjazza tan-Naxxar.

Jirriżulta li l-ġlieda seħħet bejn il-partitarji Mostin u dawk Naxxarin wara d-derby li ntlagħab aktar kmieni u ntrebaħ minn Mosta bl-iskor ta’ erbgħa bi tnejn.

Nifhmu li l-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.