Raġel jittella’ mejjet mill-baħar f’Birżebbuġa

Read in English.

Il-Pulizija qed tinvestiga sejba ta’ raġel li ttella’ bla ħajja mill-baħar fil-Bajja s-Sabiħa, B’Biżebbuġa.

Kienu għall-ħabta ta’ 06.15 ta’ dalgħodu li l-Pulizija kien infurmati li xi sajjieda lemħu persuna f’wiċċ il-baħar fl-inħawi Birżebbuġa. Tim mediku mill-Isptar Mater Dei  marru minnufih fuq il-post, fejn provaw jagħtu l-ewwel għajnuna lir-raġel.

Ir-raġel ta’ 32 sena mill-Indja ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Rapporti qed jindikaw li l-persuna x’aktarx kien xurban.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.