Aġġornata: Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar ħdejn Bieb il-Bombi

Żagħżugħ Bulgaru ta' 22 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn vettura fi Triq Nazzjonali l-Ħamrun.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, biswit il-Bieb il-Bombi quddiem l-istage tal-karozzi tal-linja.
Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta' 62 sena residenti San Pawl il-Baħar, li kien sejjer fid-direzzjoni ta' Blata l-Bajda.
Ir-raġel li ttajjar ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.