Raġel jittajjar minn karozza u jweġġa’ gravi f’Birkirkara

Ambulanza
Miguela Xuereb

Raġel indarab b’mod gravi meta ttajjar minn karozza f’inċident tat-traffiku dalgħodu.

Dan ġara fi Triq Brared f’Birkirkara fid-9.30am.

Ir-raġel ta’ 57 sena residenti l-Marsa ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti Ħ’Attard.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.