Raġel l-isptar wara li jittajjar fl-Imsida

Raġel ta' 34 sena mill-Imsida weġġa' gravi wara li ttajjar minn vettura meta kien qed jaqsam fi Triq Dun Karm, l-Imsida, magħrufa bħala l-Bypass ta’ Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45 ta’ filgħodu. Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku mill-isptar Mater Dei li ħadu lir-raġel l-isptar għall-kura.
L-isptar, ir-raġel kien iċċertifikat li weġġa' gravi. 

Il-Pulizija kkonfermat li r-raġel mhuwiex student tal-Università.