Aġġornata: Raġel gravi wara li ttajjar fil-Ħamrun

Luke Zerafa

Raġel ta’ 75 sena minn San Ġiljan sofra minn ġrieħi gravi wara li ttajjar fil-Ħamrun.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel ittajjar minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 31 sena minn Raħal Ġdid fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30am.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.