Raġel jittajjar fil-Ħamrun

Għal ħabta ta’ nofsinhar raġel ta’ 75 sena safa’ mtajjar minn karozza misjuqa minn ġuvni ta’ 33 sena t-tnejn mill-Ħamrun fit-Triq Villambrosa, fil-Ħamrun stess f’zona fejn hemm forn tal-ħobż.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei isofri minn ġrieħi gravi u huwa maħsub li kien qed jaqsam it-triq. Is-sewwieq tal-karozza ma’ ġralu xejn.

Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.