Raġel jittajjar fil-Fgura

Dalgħodu raġel ittieħed Mater Dei wara li ttajjar fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15am fi Triq Mahatma Gandhi.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li r-raġel kien qed jaqsam meta ttajjar minn vettura misjuqa minn mara ta’ 36 sena minn Ħal Tarxien.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.