Raġel ta’ 69 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ittajjar waqt li kien miexi f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ fi Triq is-Sebħ, dik li hija magħrufa bħala l-Bypass tal-Imrieħel għall-ħabta tal-10am.
Ir-raġel ittajjar minn vann misjuq minn raġel ta’ 51 sena minn Ħal Qormi stess.
Kelliem għall-Pulizija qal li ambulanza mill-isptar Mater Dei ssejjħet fuq il-post, iżda l-anzjan irrifjuta l-assistenza medika.