Aġġornata: Raġel bi ġrieħi serji wara inċident il-Gżira

Raġel sofra ġrieħi serji wara li ttajjar fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30am. Spjegat li raġel Taljan ta' 29 sena itajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta' 63 sena residenti Tas-Sliema.
Skont il-Pulizija s-sewwieq ma' weġġax.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Arkivji