Aġġornata: Raġel gravi wara li ttajjar bil-mutur f’ħal Qormi

Raġel ta' 36 sena residenti San Ġiljan sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar bil-mutur li kien qed isuq f'Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq Manwel Dimech.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li r-raġel kien qed isuq il-mutur, bil-passiġġiera, xħin għal xi raġuni kellu impatt ma' karozza misjuqa minn raġel ta' 36 sena minn San Ġwann.
Diversi persuni waqfu biex jagħtu l-għajnuna lir-raġel fuq il-bankina sakemm waslet ambulanza fuq il-post.
Il-passiġġiera, Olandiża ta' 27 sena, sofriet biss ġrieħi ħfief, filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ma sofra ebda ġrieħi.
Ritratt: Arkivji