Raġel jitressaq il-Qorti dwar il-familja maqfula f’darha fin-Netherlands

A general view of a remote farm where a family spent years locked away in a cellar, according to Dutch broadcasters' reports, in Ruinerwold, Netherlands October 16, 2019. REUTERS/Eva Plevier

Ir-raġel li ħallas il-kera ta’ dar fin-Netherlands fejn familja ta’ sitta nstabu maqfulin f’kamra sigrieta se jkun qed jitressaq il-Qorti llum. Hu se jkun qed jiġi akkużat li żamm persuni msakkra u li kkawżalhom problemi fis-saħħa tagħhom, skont il-prosekuturi.

Ħames aħwa li għandhom bejn it-18 u l-25 sena, u raġel li huwa identifikat bħala missierhom li huwa marid instabu f’farmhouse viċin Ruinerwold. Dan huwa villaġġ fil-provinċja ta’ Drenthe fejn huma kienu ilhom jgħixu iżolati għal snin twal. 

Ir-raġel suspettat li għandu 58 sena u jgħix fil-viċinanzi għadu qed jiġi interrogat mill-Pulizija. Skont is-Sindku ta’ Ruinerwold, Roger de Groot, is-suspettat mhux il-missier tal-famija. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin hekk kif hemm ħafna affarijiet li għadhom mhux ċari.

Aqra: Familja fin-Netherlands tinqafel għal 9 snin

Il-familja nstabet wara li wieħed mil-ulied, raġel ta’ 25 snea, talab l-għajnuna ta’ xi persuni f’kafetterija fil-viċinanzi. Imbagħad il-Pulizija sabet lill-familja fi spazju żgħir fid-dar li seta’ jissakkar. Ma kienx ċar jekk dawn kinux qed jinżammu hemm kontra r-rieda tagħhom jew le. Madanakollu qed jingħad li l-familja jaf kienet temmen li d-dinja kienet se tispiċċa u b’hekk kienet f’dan l-istat.

L-omm tat-tfal huwa mifhum li kienet mietet qabel mal-familja mxiet u bdiet tgħix f’din id-dar fl-2010. L-ebda membru tal-familja ma kienu reġistrati bħala residenti.