Raġel jitressaq il-Qorti akkużat li għamel użu mhux xieraq b’apparat ta’ telekomunikazzjoni

Raġel ta’ 40 sena residenti r-Rabat, Għawdex tressaq il-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Bridgette Sultana.

Hu ġie akkużat li fit-3 ta’ Jannar, għall-ħabta tat-8:30 pm, u matul il-ġranet ta’ qabel, waqt li kien fir-Rabat, Għawdex, għamel użu mhux xieraq b’apparat ta’ telekomunikazzjoni, ikkaġuna biża’ li ser tintuża vjolenza kontra persuna, ta fastidju u kiser waħda mill-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill-Qorti.

Il-raġel ġie akkużat ukoll li llum, it-8 ta’ Jannar, 2021, għall-ħabta tal-11: 30 am, waqt li kien qiegħed fil-binja tal-Qorti, Għawdex, hedded u ikkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq persuna, u li kiser il-paċi pubblika.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u nżamm taħt arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.