Raġel jinqeda bis-Sależjani biex jiġbor flus għalih

Raġel twil u x’aktarx ta’ età żagħżugħa qed idur jitlob il-flus f’isem wieħed mill-Patrijiet tas-Sależjani, iżda mhux minnu li bagħtuh is-Sależjani.
Newsbook.com.mt tkellem ma’ Fr Eric Cachia, li kkonferma li dil-persuna qed iddur djar tal-Knisja b’karta f’idha li tgħid li Patri Cachia bagħtu għandhom biex jgħinuh finanzarjament.
Fr Cachia ċaħad li qatt għamel hekk.
Qalilna li lbieraħ irċieva telefonata mingħand qassis f’Birkirkara li mar għandu dan iż-żagħżugħ f’ismu, u llum irċieva telefonata simili mingħand qassis Tas-Sliema.
Minkejja dan, Fr Cachia rrimarka li għadu ma infurmax lill-Pulizija b’dal-każ, iżda wissa lill-pubbliku b’post bil-Facebook.