Raġel jitlef ħajtu wara nar fi Trump Tower

Appartament li ħa n-nar fil-50 sular tat-Trump Tower fi New York ħasad il-ħajja ta’ raġel ta’ 67 sena filwaqt li darab ħafif sitt ħaddiema tas-salvataġġ.
Il-vittma, Todd Brassner instab mitluf minn sensih fl-appartament tiegħu u ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara li ttieħed l-isptar.
Għaldaqstant s’issa għadha mhix magħrufa x’setgħet kienet il-kawża li wasslet biex jaqbad l-appartament ilbieraħ filgħaxija.
Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, li għandu uffiċju u residenza privata fl-istess binja ma kienx qiegħed fil-binja meta ġara l-inċident.
Fi tweet il-President Trump irringrazzja lill-ħaddiema kollha tas-salvataġġ ftit wara li sar jaf bl-aħbar li l-periklu kollu kien tneħħa.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Madwar 200 ħaddiem tas-salvataġġ inbagħat fuq il-post sabiex jassistu.
Filmati li nxterdu fuq il-midja soċjali juru nirien ħerġin minn xi twieqi tal-istess sular kif ukoll ammont kbir ta’ duħħan iswed.
Ritratti: Reuters