Raġel jitlef ħajtu f’inċident fir-Rabat Għawdex

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Raġel tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fir-Rabat, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:20.

Skont il-Pulizija ir-raġel daħal f’ħajt fi Triq is-Sellum, r-Rabat, Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li raġel li għandu 60 sena residenti x-Xagħra, Għawdex, waqt li kien nieżel in-niżla tas-Sellum b’vettura tat-tip Honda fit, ħabat ġo ħajt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, iżda sfortunatament r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.