Raġel jitlef ħajtu f’Kemmuna

Pollakk ta’ 61 sena tilef ħajtu waqt li kien qiegħed jgħum fi Blue Lagoon, f’Kemmuna.
Huwa ntlemaħ mitluf minn sensih fil-baħar u ttella’ minn xi nies li kienu fuq il-post.
Għall-ħabta tas-2.20pm, il-Pulizija marret fuq il-post flimkien mal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna iżda tilef ħajtu.
Ritratt: arkivji