Raġel jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku

Kmieni llum wara nofsinnhar raġel ta’ 83 sena tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku. Għal ħabta tat-tlieta u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ. Mill-ewwel investigazzjonijiet mill-Pulizija rriżulta li s-sewwieq tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ arblu.

Ir-raġel ta’ 83 sena u residenti Birkirkara ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard, il-Pulziija ġiet infurmata li r-raġel tilef ħajjtu.

Il-Pulizija għada għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.