Aġġornata: Raġel jitlef ħajtu f’inċident fl-Imġarr

Raġel ta’ 27 minn San Pawl il-Baħar tilef ħajtu f’inċident li seħħ kmieni dalgħodu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:30am. Hu mifhum li r-raġel baqa’ dieħel bil-karozza tiegħu f’garaxx fl-Imġarr. Wara l-ħabta, il-parti ta’ wara tal-karozza ħadet in-nar.

Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. 

Fuq il-post issejħet ambulanza u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili nġiebu apposta biex joħorġu l-katavru mill-karozza.