Raġel jisraq basket ta’ turista f’Paceville

Ritratt: Arkivji

Tfajla Żvizzera spiċċat vittma ta’ serq f’Paceville hekk kif raġel mis-Somalja ħadilha l-basket u telaq jiġri.
Il-ħalliel Abdirisaq Dahir Diheye nqabat ftit tal-ħin wara mill-Pulizija u ngħata sentenza ta’ sena priġunerija sospiża għal sentejn.
Ir-raġel, li għandu 23 sena u hu residenti ċ-ċentru miftuħ tal-Marsa, ammetta l-akkużi li nġiebu kontrih.
Fil-Qorti ntqal li minkejja li t-turista dak il-ħin ma kinitx kapaċi tidentifika lil min serqilha l-basket minħabba l-folla tan-nies, il-Pulizija qabditu meta ftit wara daħal rapport li flixken qed jitkissru viċin il-bajja ta’ San Ġorġ.
Meta l-Pulizija investigat lill-akkużat, instab fil-kellu l-mowbajl u oġġetti oħra tat-tfajla.