Raġel jispiċċa l-isptar wara nirien f’dar f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 47 sena jinsab f’qagħda stabbli wara li nirien ħakmu r-residenza li kien jinsab fiha fi Triq il-Blata, Ħal Qormi.
Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax u nofs.
Fir-residenza kien hemm tliet persuni, mara ta’ 87 sena u żewgt irġiel ta’ 60 u 47 sena.
Ir-raġel ta’ 47 sena ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda stabbli.
In-nar kien ikkontrollat mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Ritratt: The Malta Police Force