Raġel jispiċċa l-baħar bil-karozza b’kollox fiċ-Ċirkewwa

Photo: Maltese Roads Traffic Updates

Raġel kellu jgħum lura sal-art fiċ-Ċirkewwa wara li l-karozza tiegħu spiċċat fil-baħar.

L-inċident seħħ fiż-żona viċin ta’ fejn jorbot il-vapur t’Għawdex.

Jirriżulta li għal xi raġuni marru l-brejkijiet tal-karozza waqt li r-raġel kien ġol-vettura.

Uffiċjali tal-Pulizija kif wkoll membri mill-Forzi Armati ta’ Malta mill-ewwel marru fuq il-post. Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza għall-osservazzjoni.