Raġel jirriklama servizzi tal-biki għall-funerali

Tiftakruhom il-bekkejja ta’ dahri? Dawk li l-Maltin kienu jħallsu sabiex jibku waqt il-funerali kemm barra waqt xi purċissjoni kif ukoll fil-knisja? 
Jidher li t-tradizzjoni qed terġa tieħu l-ħajja fl-Istati Uniti hekk kif raġel beda jippromwovi ruħu bħala bekkej professjonali li jista’ jiġi jibki waqt xi funeral, ovvjament bi ħlas.
Iżda taħsibx li se jkun qed joffri biss xi demgħa jew tnejn. Ir-raġel Amerikan joffri ħames servizzi differenti, għal prezzijiet differenti.

  1. Jekk jibki normali jiswa €40
  2. Jekk jibki bi stil Bahamian jiswa €80
  3. Jekk jibki u jinstabat mal-art ikollok tħallas €120
  4. Jekk jibki u jgħajjat li ħa jaqbeż fil-qabar tħallas €160
  5. Jekk jibki u verament jaqbeż fil-qabar trid tħallsu €797