Raġel jinżamm arrestat wara nuqqas ta’ komunikazzjoni

Darryl Luke Borg ta’ 27 sena minn B’Kara li aktar kmieni din il-ġimgħa tressaq quddiem il-Qorti akkużat b’hold-up jista’ jkun li tressaq bi żball wara nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn il-Pulizija.

Meta kien originarjament tressaq quddiem il-Qorti b’rabta mal-każ, Borg kien wieġeb li mhux ħati iżda kien inżamm arrestat.

Għalkemm mill-filmati tas-CCTV jidher li kienet persuna waħeda li wettqet is-serqa minn ħanut f’B’Kara stess, il-Pulizija ressqet persuna quddiem il-Qorti fuq dan il-każ.

Roderick Grech ta’ 22 sena minn B’Kara wieġeb li kien ħati u ngħata sentenza ta’ 12-il xahar priġunierija sospiżi għal sentejn.

Huwa tpoġġa wkoll taħt superviżjoni.

Il-Qorti mistennija li tiftaħ b’urġenza llejla biex titlob il-ħelsien mill-arrest ta’ Darryl Borg.