Raġel jinżamm arrestat għax darab mara f’Marsalforn

Read in English.

Raġel qed jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li weġġa’ gravi lil mara ġo residenza f’Marsalforn.

Huwa tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex illum, akkużat li kkaġuna offiża ta’ natura gravi fuq il-vittma mingħajr il-ħsieb li joqtolha jew iqegħdilha ħajjitha f’periklu.

Ir-Rumen ta’ 29 sena residenti Marsalforn huwa mixli li għamel dan ilbieraħ fil-11.30pm ġo residenza fi Triq is-Sajjied f’Marsalforn stess.

Minkejja li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, huwa qed jinżamm arrestat.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.