Aġġornata: Gravi r-raġel li ntlaqat minn vann f’Wied il-Għajn

Raġel ta’ 45 sena weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vann f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.45pm fi Triq il-Qaliet.
Ir-raġel, li hu Taljan u għandu 45 sena, intlaqat minn vann misjuq minn raġel ta’ 32 sena minn Raħal Ġdid.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Ritratt: Arkivji