Raġel jintlaqat minn sparaturi f’Ta’ Xbiex

Read in English.

Raġel ta’ 44 sena ntlaqat minn tiri li ġew sparati matul dan il-lejl f’ta’ Xbiex. Persuna nżammet arrestat biex tgħin fl-investigazzjonijiet.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li ġew infurmati għall-ħabta tas-2.10am ta’ dalgħodu b’inċident fi Triq Testaferrata f’Ta’Xbiex. Jidher li kien hemm argument bejn xi persuni li wassal biex raġel ta’ 44 sena resident l-Imsida jintlaqat u ttieħed l-isptar Mater Dei.

Jidher li kien hemm argument bejn xi persuni li wassal biex raġel ta’ 44 sena resident l-Imsida jintlaqat u ttieħed l-isptar Mater Dei.

Irriżulta li huwa qed isofri minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat D. Frendo Dimech, li ordnat biex issir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li qed jinżamm persuna sabiex jassisti fl-istħarriġ.