Raġel jintlaqat minn mutur fil-Ħamrun

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ttieħed l-isptar wara li ntlaqat minn mutur.
L-inċident seħħ fil-5.30pm fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.
Il-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 30 sena minn Ħ’Attard.
Il-kundizzjoni u l-identità tar-raġel milqut għadhom mhux magħrufa.