Raġel jintlaqat minn karozza fi Triq tal-Balal

Raġel intlaqat minn karozza fi Triq tal-Balal fid-direzzjoni minn San Ġwann lejn in-Naxxar.
Għalkemm issejħet l-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei jidher li r-raġel qam fuq saqajh u ddeċieda li ma jmurx l-isptar.
Kawża ta’ dan l-inċident inġemgħa ammont kbir ta’ karozzi, b’sewwieqa jgħidu li t-traffiku għamel ħin twil wieqaf għal kollox.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ wara nofsinhar.

Ritratt: Media Police