Raġel jintlaqat b’oġġett li jaqta’ f’dar f’Bormla

Raġel ta' 33 sena jinsab f'kundizzjoni gravi wara li ntlaqat b'oġġett li jaqta' f'residenza f'Bormla.
L-inċident ġara ftit wara nofsillejl, fi Triq l-Inkurunazzjoni, waqt argument bejn il-vittma u raġel ta' 50 sena. 
Il-Pulizija qed iżżomm lil xi wħud biex jgħinuha fl-investigazzjoni tagħha.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.