Raġel jintbagħat il-ħabs wara serq fil-Mellieħa

Investigazzjonijiet li saru fuq rapporti ta’ serq fil-Mellieħa wasslu biex ġew identifikati numru ta’ persuni li se jitressqu quddiem il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Wieħed minnhom, raġel li għandu 40 sena diġà tressaq il-Qorti u ingħata s-sentenza ta’ sena priġunerija wara li ammetta li kien involut f’serqa f’din il-lokalità.
Fi stqarrija, l-Pulizija qalu li f’dan l-istadju mhux prudenti li tingħata iżjed informazzjoni iżda sostnew li r-residenti għandhom ikollhom moħħhom mistrieħ.
Il-persuni suspettati ġew identifikati wara li numru ta’ persuni mill-Mellieħa tellgħu fil-midja soċjali ritratti meħudin minn kameras tas-siġurtà, li kienu juru persuna tidħol f’residenza fil-Mellieħa biex twettaq serqa. 

Ritratt: Facebook