Missier kien ikkundannat erba’ snin ħabs talli abbuża sesswalment miż-żewġ uliedu bniet għal sitt sħaħ, bejn l-elfejn u disa’ u l-elfejn u ħmistax.
Missier ġie kkundannat erba’ snin ħabs wara fi stadju ta’ appell li abbuża sesswalment miż-żewġt ibniet adoloxxenti għal sitt snin sħaħ bejn l-2009 u l-2015.
Il-każ ħareġ fil-beraħ biss meta t-tifla ż-żgħira li waqt iż-żmien tal-abbuż kellha biss tnax-il sena fetħet qalbha ma’ oħtha sentejn ikbar minnha fl-2016.
Fil-qorti nstema’ kif l-abbuż beda meta it-tifla l-kbira marret issaqsi għall-permess ta’ missierha biex tmur fuq attività tal-iskola f’Għawdex wara li ommha kienet rrifjutat.
Missierha kien qalilha li jagħtiha permess biss jekk tagħmel att sesswali miegħu. Sitwazzjoni li rrepetiet ruħha minn tal-inqas darba f’xahar għal madwar sitt snin.
Fil-Qorti, il-missier, qal hu m’għandux jintbagħat il-ħabs peress li uliedu kienu ħafrulu u ġġustifika l-att li għamel billi qal li kien qed jesponi lit-tfal tiegħu għall-edukazzjoni sesswali.