Jinstab raġel mejjet f’karozza f’Birkirkara

Raġel jinstab mejjet f'karozza f'Birkirkara / Nicole Borg

Read in English.

Raġel instab mejjet f’karozza pparkjata f’Birkirkara.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-ewwel informazzjoni li rċevew illejla kienet li persuna f’karozza intilfet minn sensiha fi Triq Ħas-Sajjied.

Spjega li minkejja li jidher li l-mewta kienet naturali, għadu kmieni biex wieħed jikkonferma. Hemm possibilità li dwar il-każ tinfetaħ inkjesta maġisterjali.