Aġġornata: Raġel jinstab mejjet fil-baħar

Victor Musù ta' 74 sena mill-Kalkara instab mejjet fil-baħar bejn Wied Għammieq u l-Kalkara. 
Ir-raġel instab għal ħabta ta' nofsinhar u għoxrin.
Il-pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li l-katavru ta' Victor ittella' mill-baħar minn ħelikopter tal-Forzi Armati ta' Malta.
Huwa mifhum li Victor kien qed jistad u waqa' l-baħar. Il-pulizija qalet li jidher li r-raġel miet mewta naturali.