Raġel jinstab mejjet fi triq f’San Ġiljan

Svediż ta’ 47 sena dalgħodu instab mixħut mal-art taħt bankina fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am fejn issejħet ambulanza biex tieħu lill-vittma l-isptar Mater Dei.
Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet wara li ttieħed l-isptar. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li r-raġel miet b’kawża naturali.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, il-Pulizija sabu xi flus, passaport, żewġ mowbajls u card ta' lukanda SAS.
L-investigazzjoni għadha għaddejha.