Raġel jinstab mejjet ġo latrina f’Birżebbuġa

Raġel li l-età tiegħu għadha mhux magħrufa, instab mejjet f’Latrina f’Birżebbuġa.
Mill-ewwel investigazzjoni jidher li r-raġel miet b’mewta naturali.
Kelliema għall-pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li ftit tal-ħin qabel kien qal lill-mara tiegħu li kien ħass xi uġigħ.
Il-pulizija għada għaddejja bl-investigazzjoni tagħha u nfetħet inkjesta maġisterjali.
Iktar dettalji kif jaslulna.