Raġel jinstab ferut fuq bankina fil-Marsa

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara ġlieda li nqalgħet matul il-lejl li għadda fil-Marsa.
Il-Pulizija kienet infurmata għall-ħabta tal-12:15am li kien hemm argument f’Xatt il-Mollijiet fil-Marsa.
Huma marru fuq il-post fejn sabu raġel mill-Eritrea u li għandu 37 sena, ferut fuq il-bankina.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura.
Il-Pulizija qed iżżomm żewġt irġiel mis-Somalja biex jassitu fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.