Raġel jinqatel fuq ferrovija fir-Renju Unit

Raġel inqatel minn daqqiet ta’ sikkina quddiem passiġġieri xxukjati fuq ferrovija f’Surrey, fir-Renju Unit.

Skont il-BBC, il-Pulizija qalu li r-raġel ġie attakkat fuq ferrovija li telqet għall-ħabta tas-1 pm minn Guildford għal Waterloo f’Londra.

Pulizija bdew tfittxija għal suspettat fiż-żona ħdejn stazzjon tal-ferrovija. L-awtoritajiet għadhom fuq il-post. Persuna li kienet hemm fil-ħin tal-inċident qalet mal-BBC li kien hemm ġlieda qalila fuq il-ferrovija.