Raġel jinqatel bil-vleġeġ wara l-elezzjonijiet fil-Kenja

Il-katavru ta’ raġel ta’ 60 sena instab iktar kmieni llum f’għalqa tal-kannamieli f’raħal fil-Punent tal-Kenja, ġurnata biss wara uffiċċjali tal-Gvern żaru l-belt wara l-elezzjoni mimlija tensjoni li seħħet ftit jiem ilu.
L-anzjan inqatel bi tliet vleġeġ f’dahru, iżda nstab ukoll li kellu ġrieħi gravi f’rasu.
Għalkemm il-motiv ta’ min wettaq ir-reat għadu mhux magħruf, il-qtil seħħ ġurnata wara li l-komunitajiet tal-Luo u l-Kalenjin bdew jiġġieldu kontra xulxin bl-armi.
Il-komunità tal-Luo bbojkottjat l-elezzjoni presidenzjali tal-Ħamis li għadda, bejn il-mexxej tal-Oppożizzjoni Raila Odinga, membru tal-komunità Luo, u l-President Uhuru Kenyatta, membru tal-komunità Kikuyu b’Viċi President Kalenjin.
L-elezzjoni tal-Ħamis li għadda ssejħet wara li l-vot tal-elezzjoni ta’ xahrejn ilu tħassar.
Minkejja li l-President tal-Kenja, Uhuru Kenyatta, kien rebaħ l-elezzjoni, il-vot kellu tħassar u jerġa’ jsir minħabba li kienu nstabu xi irregolaritajiet u illegalitajiet, għalkemm il-Qorti qatt ma attribwiet dawn l-illegalitajiet lill-partit ta’ Kenyatta.