Raġel jinqaleb bil-mutur u jweġġa’ gravi fis-Siġġiewi

Raġel ilbieraħ inqaleb bil-mutur fis-Siġġiewi u ndarab gravi.

L-inċident ġara fl-4pm fi Triq Lapsi.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post meta daħlilhom ir-rapport u sabu li Tork ta’ 32 sena, li hu residenti San Ġiljan, kien tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb.

Issejħet ambulanza li ħaditu l-isptar Mater Dei fejn aktar tard irriżulta li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.